Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 5 ta’ Marzu.
IN-NAZZJON b’rapport dwar ġlieda kbira li seħħer f’każin Laburista f’Għawdex, kaġun ta’ argument li beda fuq promozzjonijiet. Dwar l-iskandlu tal-Cafe’ Premier, naqraw illi qatt ma kien hemm riskju ta’ splużjoni ta’ gass taħt il-Bibjoteka għaliex il-kċina tal-Premier kienet taħdem kompletament bl-elettriku.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi Muscat ammetta li kien hemm żballji fil-kwistjoni tal-Cafe’ Premier, u l-Gvern ħa “lezzjoni fuq il-proċeduri”.
L-ORIZZONT b’ritratt li juri x-xogħol fil-Forti Sant Iermu li issa riesaq lejn tmiemu – restawr li kien inbeda fl-2012.
THE TIMES OF MALTA tgħid illi qatt ma sar Environment Impact Assessment fuq ix-xogħlijiet li se jsiru mill-gabbani tal-Għadira.
//= $special ?>