MaltaRightNow.com hu nfurmat li fil-jiem li għaddew uffiċjali tad-Dwana għamlu sejba ta’ sigaretti bla dazju fuq vapur li kien ġej mil-Libja.
Is-sejba saret it-Tlieta li għadda meta l-uffiċjali tad-Dwana skoprew aktar minn 400 grossa ta’ sigaretti bla dazju fuq il-vapur MFV Apolonia li kien ġej minn Tripli. Is-sejba saret wara spezzjoni li saret mill-istess uffiċjali tad-Dwana fuq dan il-vapur.
Fuq il-post minnufih issejjħu l-Pulizija tad-Distrett li mill-ewwel marru fuq il-post fejn bdew l-investigazzjonijiet tagħhom. Hemmek ġie stabbilit min kien qed jitraffika s-sigaretti. Il-Pulizija b’kollox arrestat seba’ persuni; ħames Libjani, Tuneżin u Iraqqin.
Dan is-sit jinsab infurmat li sakemm ikomplu l-investigazzjonijiet, il-vapur u ‘l bqija tal-ekwipaġġ baqgħu sorġuti.
//= $special ?>