Lokali

Kumpanija Maltija b’logħba ġdida u b’xejn għall-mobile

Bħala r-Re Phero, għeleb diversi sfidi u eħles lill-poplu tiegħek mill-ħażin ta’ Solark bl-għajnuna tal-ħabib Madu. Akkwista dan l-għan nobbli, ġemma’ l-flus u użahhom biex tissaħħaħ.

Din hi l-istorja tal-logħba Bungee Mummy: King’s Escape; logħba kkreata mill-kumpanija Maltija Steampunk Wizards li tista’ titniżżel b’xejn kemm għal dawk li jużaw mobile Apple kif ukoll dawk li jużaw is-sistema’ Android.

Bungee Mummy hi avventura b’pass mgħaġġel, fejn ir-riskju, riflessi u d-determinazzjoni huma elementi essenzjali li għandu bżonn min jilgħab din il-logħba.

Fost il-karatteristiċi tal-logħba, unuri li jinkisbu waqt il-logħba u li jistgħu jiġu pprintjati 3D.

Il-logħba tista’ titniżżel u tiġi nstallata b’xejn mill-App Store jew mill-Google Store.