It-temp sabiħ tal-aħħar jumejn wassal biex aktar immigranti jaqsmu lejn l-Ewropa fi vjaġġi ta’ tama li jinbidlu għal traġedja umana. Fl-aħħar 24 siegħa, 10 immigranti tilfu ħajjithom fil-Mediterran. Is-suldati Taljani irnexxielhom isalvaw 439 ‘il barra minn Sqallija, biex b’hekk telgħu għal 941 l-immigranti salvati f’seba’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ separati.
Wara din l-aħħar traġedja tal-immigrazzjoni, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Timmermans sostna li jeħtieġ attitudni aktar aggressiva kontra l-persuni kriminali li jorganizzaw dawn il-vjaġġi klandestini.
L-UE qed tippjana li sa nofs dan ix-xahar il-Kummissjoni tiddiskuti l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran.
//= $special ?>