Internazzjonali

Maltemp kbir fl-Italja

L-Italja qed tinħakem minn maltemp kbir. Fost l-oħrajn fir-reġjun tat-Toscana hemm riħ li f’xi postijiet qed jilħaq il-qawwa ta’l-100 kilometru fis-siegħa. Riħ li qaċċat siġar li spiċċaw jimblukkaw it-toroq u l-linji tal-ferrovija. Dan apparti li fi bnadi oħra hemm xita qalila.