Aggressuri suspettati bħala militanti Iżlamiċi tal-grupp Boko Haram qatlu talanqas 45 persuna ġo villaġġ fl-Istat ta’ Borno, lejn il-Grigal tan-Niġerja.
Dawn l-aggressuri assedjaw l-inħawi ta’ Njaba u sparaw fuq id-djar qabel taw in-nar lill-villaġġ. Ir-raid seħħ nhar it-Tlieta iżda r-rapporti bdew deħlin ftit tas-sigħat ilu minħabba li z-zona inkwistjoni hi waħda iżolata għall-aħħar.
Il-militanti tal-Boko Haram qatlu l-eluf tan-nies bħala parti minn offensiva biex iwaqqfu Stat Iżlamiku.
//= $special ?>