Fl-aħħar ġimgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat inqabad jigdeb f’10 okkażjonijiet dwar l-Iskandlu tal-Café Premier. Dettalji dwar dawn l-għaxar każi kienu żvelati f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami.
Beppe Fenech Adami qal li l-iskop wara dan il-gideb mill-Prim Ministru hu biex jipprova jaħbi l-indħil personali tiegħu fin-negozjati li wasslu biex il-kumpanija privata li tmexxi l-Café Premier ingħatat €4.2 miljun biex il-Gvern ħa lura l-propjetà tiegħu stess tal-Café Premier fil-Belt.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dawn l-10 gidbiet ta’ Muscat jikkonfermaw kemm f’dan l-Iskandlu hemm riħa tinten ta’ korruzzjoni. Anke fir-rapport tal-Awditur Ġenerali jirriżulta li l-Prim Ministru ma qalx il-verità, sostna Fenech Adami, li kompla li l-Prim Ministru gideb ukoll mal-Kabinett tal-Ministri meta qal li l-kwistjoni tal-Café Premier kienet diskussa.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li fl-ebda pajjiż fid-dinja l-Prim Ministru ma jinżel fil-livell li jinnegozja personalment bailout ta’ ħanut fil-belt.
//= $special ?>