Knisja Lokali

Sgass u serq f’Kappella fl-Isla, misruq ammont żgħir ta’ flus minn żewġ kaxxi tad-donazzjonijiet

Kappella fl-Isla sfat fil-mira ta’ sgass u serq minn persuna jew persuni mhux magħrufa. MaltaRightNow.com jinsab infurmat li fil-mira tal-ħallelin kien hemm żewġ kaxxi tad-donazzjonijiet fil-Kappella ddedikata lil San Ġiljan. Fortunatament, mill-kaxxi nsteraq biss ammont żgħir ta’ flus.

L-informazzjoni li għandna tgħid li l-persuna responsabbli tkellmet mal-Arċipriet tal-Isla kif indunat bl-isgass. Hu mifhum li l-Arċipriet, Fr Robin Camilleri, irrapporta l-każ lill-Pulizija biex ikun evitat li każ bħal dan jerġa’ jseħħ.

(Ritratt: mill-Arkivji)>