Disa’ persuni ndarbu f’attakk b’sikkina li seħħ fi stazzjon tal-ferrovija fil-belt Ċiniża ta’ Guangzhou.
L-attakk seħħ dalgħodu bil-Pulizija Ċiniża tispara u toqtol fuq persuna u tarresta persuna oħra. S’issa ma ħarġet ebda informazzjoni dwar x’setgħu kienu l-mottivi għal dan l-attakk jew min huma ż-żewġ persuni ħatja.
Skont il-BBC, il-fatt li l-attakk seħħ ġurnata biss wara l-ftuħ tal-parlament f’Beijing, fejn il-Partit Komunista juri l-pjan tiegħu għas-sena, jista’ jorbot ma’ mottiv politiku.
Fl-aħħar xhur kien hemm żewġ attakki oħra fi stazzjonijiet tal-ferrovija fiċ-Ċina u l-awtoritajiet qed iwaħħlu fl-estremisti mill-minorità Musulmana. Imma kien hemm ukoll attakki oħra li seħħew, inkluż fuq tfal żgħar, li għalihom kienu ħatja persuni b’diffikultajiet mentali jew bi problemi personali.
//= $special ?>