…biex insaħħu l-kwalità tal-prodott u l-valur miżjud
Wara s-suċċessi li kisbet u għadha tikseb l-industrija tat-turiżmu, wasal iż-żmien li jerġa’ jsir studju kif sar fis-snin preċedenti dwar il-volum li jiflaħ pajjiżna u l-ammont ta’ turisti li għandu jkun adatt f’pajjiżna. Dan biex inkomplu ninvestu u nsaħħu l-prodott u l-kapaċità ta’ pajjiżna biex inkabbru l-industrija turistika.
Dwar il-pass ‘il quddiem li l-pajjiż irid jagħmel biex inkomplu s-suċċessi għall-industrija tat-turiżmu u għall-ekonomija nazzjonali, tkellem fil-Parlament il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, Antoine Borg.
Studju li sar snin ilu kien wera li l-infrastruttiura ma setatx tlaħħaq mal-volum ta’ turisti u kien sar investiment qawwi mill-amministrazzjonijiet preċedenti. Issa wasal iż-żmien li jsir studju ieħor.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni tilqa’ sena wara oħra s-suċċess fil-volumi tat-turisti f’pajjiżna, iżda appella biex nagħmlu l-pass li jmiss biex insostnu u nkomplu ninstigaw diskussjoni dwar il-futur u d-direzzjoni tal-industrija.
Kull min jaħdem u kull persuna oħra li tikkontribwixxi trid tħares lejn servizz ta’ kwalità li joffri esperjenza ta’ kwalità. Irridu nħarsu lejn valur u kwalità aħjar li tesperjenza l-industrija turistika.
F’laqgħa li l-Oppożizzjoni kellha mal-MHRA u ma’ rappreżentanti oħrajn fis-settur, qed jirriżulta li rridu nagħrfu l-limitazzjonijiet tagħna biex nindirizzawhom.
Studju li sar snin ilu kien wera li l-infrastruttiura ma setatx tlaħħaq mal-volum ta’ turisti u kien sar investiment qawwi mill-amministrazzjonijiet preċedenti. Issa wasal iż-żmien li jsir studju ieħor dwar il-volum li jiflaħ pajjiżna u l-ammont ta’ turisti li għandu jkun adatt f’pajjiżna u ninvestu f’dan biex nistudjaw il-prodott u l-kapaċità ta’ pajjiżna biex inkomplu nkabbru u nsaħħu l-industrija.
Irridu naraw dak li qed jgħidu l-operaturi dwar l-isfidi ta’ pajjiżna, inkunu nafu l-prodott tagħna sew u nimmarkitjawh bl-aħjar mod possibbli waqt li nindirizzaw l-isfidi li jridu jiġu indirizzati.
Appella għal diskussjoni fl-istrateġija li twassal għall-pass li jmiss, biex naraw ukoll li nagħmlu l-aħjar benefiċċju ekonomiku mit-turiżmu u pajjiżna jagħti l-aħjar esperjenza lit-turist.
L-imsieħba fl-industrija u l-komunitajiet kulħadd irid jagħmel sforz biex jiżdied il-valur u l-volum waqt li nħarsu lejn it-tisħiħ tal-kompetittività. Irridu nsaħħu l-prodott f’termini ta’ kwalità u naraw li nsaħħu n-niċeċ li qed jissarrfu f’suċċess waqt li nħarsu wkoll lejn niċeċ ġodda. Irridu nħarsu lejn industrija li tkun tassigura s-sostenibbiltà tagħha.
“Din hi l-viżjoni komuni tal-industrija, tal-Gvern u l-Oppożizzjoni”, saħaq il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, li kompla jisħaq li r-riżors uman li jħaddem is-settur tat-turiżmu hu element importanti biex nagħmlu l-prodott Malti uniku, u bex dan jissaħħaħ għandna nibqgħu ninvestu fih b’serjetà.
Staqsa x’inhi l-viżjoni tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ ir-riżorsi umani wkoll fl-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu (MTA), li dwar dan il-Ministru jibqa’ ma jweġibx u ma jitkellemx u ma jiċċarax dwar dak li hu għaddej fl-MTA. Il-Gvern lanqas mhu jwieġeb dwar l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fejn l-Oppożizzjoni wkoll ġibdet l-attenzjoni ta’ dak li qed iseħħ f’din l-istituzzjoni importanti għas-suċċess tal-industrija turistika.
Ikkritika wkoll lill-Gvern li ftit li xejn smajna kif se jissaħħaħ il-prodott u l-investiment biex jindirizza n-niċċeċ ġodda. Skemi biex jissaħħaħ il-prodott turistiku huma wieqfa u ftit li xejn sar u qed isir fuq dan.
Talab lill-Gvern jitkellem fuq l-investiment fil-prodott turistiku, waqt li esprima wkoll it-tħassib dwar dak li għaddej fl-Air Malta u lil fejn qed timxi l-kumpanija nazzjonali tal-ajru li hi kruċjali għat-turiżmu f’pajjiżna.
Ma smajna xejn lanqas dwar Għawdex u kif se nsaħħu din id-destinazzjoni unika, u dwar il-politika ħolistika għat-turiżmu.
Biex inħarsu ‘l quddiem hemm bżonn li jkollna pajjiż koordinat hekk kif irrifera wkoll għall-proposta f’waqta u tajba tal-MHRA għal ħidma interministerjali biex ix-xogħol fil-Parlament ukoll ikun indirizzat lejn it-tisħiħ tal-industrija tat-turiżmu.
Faħħar ukoll il-proposta tal-MHRA fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ il-prodott turistiku tar-reġjun tal-Mediterran għaliex b’dan l-iżvilupp ukoll pajjiżna jkun jista’ jibbenefika.
//= $special ?>