Internazzjonali

Attakk f’Ġerusalemm

Ħames suldati Iżraeljani nisa ndarbu wara li raġel Palestinjan saq karozza għal fuqhom. Ir-raġel inqatel ftit wara hekk kif ħareġ mill-vettura u beda jħebb għan-nies b’sikkina.
L-attakk seħħ hekk kif f’Iżrael qed tkun iċċelebrata festa Lhudija, dik tal-Purim, u ftit wara li l-Awtorità Palestinjana ħabbret li kienet se twaqqaf il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà mal-Gvern Iżraeljan. Dan bi tpattija għall-waqfien tat-trasferimenti ta’ flus mit-taxxi mill-Gvern Iżraeljan.