Finlandiż ingħata multa ta’ €54,000 għax kien qed isuq b’sewqan eċċessiv.
Reima Kuisla nqabad isuq b’103 kilometru fis-siegħa f’żona fejn il-limitu kien ta’ 80 kilometru fis-siegħa.
il-Finlandja torbot il-multi ma’ kemm wieħed ikun qala’ flus fis-sena ta’ qabel
B’differenza ta’ pajjiżi oħra bħal Malta, il-Finlandja torbot il-multi, anke tat-traffiku, ma’ skont kemm dak li jkun ikun qala’ flus fis-sena ta’ qabel. Għalhekk l-awtoritajiet daru għad-dikjarazzjoni tat-taxxa għall-2013 u sabu li f’dik is-sena, in-negozjant kien qala’ €6.5 miljun. Għalhekk ġie ffaċċjat b’kont ta’ €54,000, jew iktar minn €2,300 għal kull kilometru fis-siegħa żejjed li kien qed isuq dak il-ħin.
Minkejja li Kuisla dar għal fuq il-midja soċjali fejn wera l-frustrazzjoni tiegħu għal-liġijiet “inġusti” tal-Finlandja, ftit li xejn sab is-simpatija ta’ ċittadini oħra ta’ pajjiżu li wissewh li kieku mexa mal-liġijiet ma kienx jingħata multi.
Fl-2002, maniġer tan-Nokia ngħata multa ta’ €116,000 għal sewqan eċċessiv tal-mutur tiegħu Harley Davidson. Il-multa kienet ibbażata fuq is-salarju tiegħu ta’ €14-il miljun.
//= $special ?>