Lokali

“Ħames sigħat nistenna, muġugħa, u poġġewni f’kuritur” – rakkont ta’ pazjenta f’Mater Dei

“Wara ħames sigħat muġugħa spiċċajt f’kuritur tal-Isptar Mater Dei, b’xi tletin persuna madwari.”

Dan hu r-rakkont ta’ mara li kellha bżonn tidħol l-Isptar imma damet ħames sigħat tistenna minkejja t-tbatija tagħha.

20150304_170700

Imma dan mhux kollox, hekk kif l-arranġamenti li saru wasslu biex f’dan il-kuritur fejn tinsab il-mara għandu biss toilet wieħed li jrid jaqdi mas-sittin persuna.

Biex tasal għal dan it-toilet, sew jekk int mara jew raġel, trid tidħol f’kamra bi tletin persuna oħra.

Imma iktar minn hekk, in-nuqqas ta’ faċilitajiet f’dawn il-kurituri qed iwassal għal sitwazzjoni fejn persuni li ma jistgħux jinżlu mis-sodda lanqas biss jistgħu jinħaslu mill-infermieri kif isir fil-wards.