Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu.
THE MALTA INDEPENDENT tieħu l-kummenti esklussivi tas-sid l-ieħor tal-Cafe’ Premier, Neville Curmi – hu jsostni li r-rapport tal-Awditur Ġenerali li kixef diversi fatti fuq dan l-iskandlu huwa rapport viċin ħafna ta’ dak li verament seħħ.
IN-NAZZJON ikompli jispjega kif fuq l-iskandlu tal-Cafe’ Premier, Joseph Muscat inqabad f’mill-anqas għaxar gidbiet.
THE TIMES OF MALTA tirrapporta każ ta’ attentat ta’ stupru li seħħ fuq cruiseliner reġistrat f’pajjiżna.
L-ORIZZONT jirrapporta l-istorja ta’ Matthew Dingli li safa ferut gravi fil-Libja b’tiri f’rasu.
//= $special ?>