Lokali

“Il-proċess demokratiku fl-MCESD qed ikun mhedded” – CMTU

Il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) tinsab imħassba għall-mod kif qed jitmexxa l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD fejn fi stqarrija qalet illi jeżisti tħassib serju dwar il-proċess demokratiku fi ħdan il-Kunsill.

Il-kwistjoni hija dwar talba li għamlet ic-CMTU biex tistaqsi Press release li ħarġet mill-MCESD ilbieraħ filgħodu li kienet titratta wieħed mill-affiljati tagħha.

Is-CMTU qalet li wara li saret talba li għamlet lill-MCESD, il-Kunsill baqa’ ma weġibx għal din it-talba. L-unika tweġiba li waslet kienet mingħand il-GWU li iddeċidiet li tintervjeni b’email sarkastiku, iffirmata minn Tony Zarb.

“Din is-sitwazzjoni mhux qed issegwi l-prinċipji demokratiċi, u ma tistax tiġi tollerata aktar”, ittemm tgħid is-CMTU fl-istqarrija tagħha. Is-CMTU se tkun qed issejjaħ laqgħa biex tiddiskuti din il-materja internament.