Tħabbret il-mewt tal-eks Deputat Nazzjonalista Victor Galea Pace. Hu miet fl-età ta’ 72 sena. Victor Galea Pace serva għal numru ta’ snin fil-Parlament wara li ġie elett fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1996 u tal-1998.
Fis-snin ta’ qabel, serva wkoll fil-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex, fejn kien ukoll l-ewwel Sindku tal-kapitali Għawdxija fis-snin li matulhom saru diversi proġetti importanti fil-lokalità.
Fi tweet, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħabbar li l-eks-Deputat Nazzjonalista miet filwaqt li qal li Victor Galea Pace se jibqa’ mfakkar bħala persuna leali.
F’Settembru li għadda, Victor Galea Pace ngħata rikonoxximent mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil talli serva bħala Deputat matul il-50 sena li pajjiżna ilu Indipendenti.
Victor hu miżżewweġ lil Vivienne, li hi Kunsilliera Lokali f’isem il-PN fil-lokalità Tas-Sliema u President tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN f’Tas-Sliema stess. Huma għandhom żewġt itfal.
//= $special ?>