Ħajjet Matthew Dingli, li għandu 32 sena u hu residenti l-Kappara, fl-aħħar sigħat inbidlet. Ġurnal lokali fixklu ma’ Malti ieħor, li sfortunatament qed jiġġieled għal ħajtu wara li ntlaqat minn tir ta’ arma tan-nar fil-Libja.
F’kummenti lil MaltaRightNow.com, Matthew Dingli spjega kif mindu r-ritratt tiegħu spiċċa mperreċ fuq il-faċċata ta’ dan il-ġurnal, ma waqafx jirrispondi telefonati, fosthom ta’ qraba mbikkma li ħasbu li l-qarib tagħhom kien rikoverat l-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>