Ir-rebbieħ tal-konkors fil-Ġermanja li jagħżel il-kanzunetta għall-Eurovision, irringrazzja lill-udjenza li vvutatlu biex kiseb l-ogħla numru ta’ voti imma ċeda postu għall-kantanta li ġiet fit-tieni post.
Andreas Kummert irringrazzja lil dawk li għażlu l-kanzunetta tiegħu Heart of Gold biex tirrappreżenta lill-Ġermanja fil-Eurovision Song Contest li jmiss imma qal li mhux f’sikktu biex imur ikanta. Għalhekk qal li kien se jgħaddi t-titlu lil Ann Sophie, il-kantanta ta’ 24 sena li kienet ġiet ikklassifikata fit-tieni post bil-kanzunetta tagħha Black Smoke.
L-udjenza bbuwjatlu u Ann Sophie dehret konfuża imma fl-aħħar aċċettat hekk kif l-organizzaturi tal-konkors Ġermaniż ikkonfermawha r-rebbieħa.
Kummert ma ta ebda spjegazzjoni għaliex irrifjuta li jirrappreżenta lil pajjiżu. Mhux xi wieħed li jibża’ jkanta live wara li rebaħ l-edizzjoni The Voice of Germany fl-2013.
//= $special ?>