Militanti Iżlamiċi tal-ISIS bdew iġarrfu l-fdalijiet tal-belt Assirjana ta’ Nimrud fl-Iraq.
Ħabbar dan il-Gvern Iraqin stess wara li l-militanti daħlu fil-belt b’makkinarju, fosthom gafef, u bdew ikissru dan is-sit arkeoloġiku mill-iktar importanti għall-istorja dinjija.
Il-belt ta’ Nimrud twaqqfet fit-13-il seklu Qabel Kristu u tinsab mat-30 kilometru bogħod minn Mosul, l-ikbar belt taħt il-kontroll tal-ISIS.
Il-ġimgħa li għaddiet l-ISIS qerdu wkoll mużew sħiħ mimli artifatti storiċi f’mużew f’Mosul.
Għall-ISIS, statwi u postijiet oħra storiċi huma meqjusa bħala idoli foloz li għandhom jinqerdu.
//= $special ?>