Lokali

L-ISKANDLU TAL-CAFE’ PREMIER: l-Awditur kien qrib ħafna tal-verita’

Aktar dwar il-Cafe’ Premier – aktar dwar l-iskandlu li qed jibqa’ jiddomina l-ġurnali, fejn illum THE MALTA INDEPENDENT ippubblika l-kummenti li ta’ Neville Curmi, is-sid l-ieħor tal-Premier.

Curmi qal li r-rapport tal-Awditur Ġenerali huwa qrib hafna dak li verament seħħ. “Dak li nkiteb mill-Awditur hu qrib il-verita’”, sostna Neville Curmi.

Dan jikkuntrasta ferm ma’ dak li qal Mario Camilleri, is-sid l-ieħor li kien iltaqa’ 3 darbiet ma’ Joseph Muscat qabel l-elezzjoni. Camilleri kien kritiku ferm għar-rapport tal-Awditur Ġenerali.