Is-sewwieq u champion tal-Honda Marc Marquez kompla jikkonferma l-qawwa tiegħu meta fl-aħħar jum tat-tieni ġimgħa ta’ testijiet li saru f’Sepang fil-Malasja, irreġistra mhux biss l-aqwa ħin tal-ġurnata imma anke tal-ġimgħa. It-tieni l-aħjar ħin għamlu l-eks champion tal-Yamaha Jorge Lorenzo.
Fl-istaġun li għadda Marquez rebaħ il-kampjonat u irreġistra rekord ta’ rebħiet (13) u dan l-istaġun jibda l-favorit li jerġa’ jkun inkurunat champion tal-MotoGP.
L-ewwel tellieqa tal-istaġun se tkun fid-29 ta’ Marzu fil-Qatar bl-aħħar waħda tkun dik ta’ Valencia fi Spanja fit-8 ta’ Novembru.
//= $special ?>