Newsdesk

NEWSDESK: L-iskandlu tal-Café Premier

Id-diskussjoni tal-lejla waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar l-iskandlu tal-Café Premier. Ix-shadow minister Jason Azzopardi se jkun preżenti sabiex jiddiskuti dan l-iskandlu ta’ €4.2 miljun.

Fost oħrajn se nitkellmu dwar kemm il-kredibilità tal-Prim Ministru Joseph Muscat tkompli tonqos meta jiddefendi l-indħil tiegħu fl-iskandlu tal-Café Premier billi jgħid li kien żball. Huwa ċar, mir-rapport tal-Awditur Ġenerali u anke minn dak li ġie żvelat fil-media, li dak li kien qed jagħmel Joseph Muscat ma kien żball xejn iżda Muscat kien jaf mill-bidu nett x’qed jagħmel.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.