Priġunier Sqalli imma residenti Malta li qed jiskonta sentenza ta’ ħabs instab li kien qed iġorr numru ta’ pakketti ta’ droga fil-warrani tiegħu.
Il-priġunier qajjem suspett wara li daħal lura l-ħabs għaliex jaħdem fuq barra ma’ Kunsill Lokali. Hu deher eċitat, u beda jaġixxi b’mod suspettuż. Kien għalhekk li l-uffiċjali tal-ħabs għamlulu serje ta’ testijiet.
Kien waqt wieħed mit-testijiet li sarulu li mill-warrani tiegħu waqa’ pakkett bid-droga. Wara iktar tiftix fuq il-priġunier instabu wkoll tliet pakketti oħra mimlija bi droga smack u synthetic.
L-Isqalli, li llum għandu 41 sena, jinsab il-ħabs wara li ngħata numru ta’ sentenzi ta’ ħabs fl-aħħar snin fuq każi ta’ serq minn residenzi u lukanda, kif ukoll pussess ta’ droga.
//= $special ?>