Raġel ta’ 42 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex jinsab f’qagħda kritika wara li għal raġuni mhux magħrufa ntlaqat minn vettura
fi Triq L-Ewropa, r-Rabat, Għawdex, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs 1930hrs.
Il-vettura tat-tip Peugeot 106 kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 23 sena, residenti r-Rabat, Għawdex.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajjtu.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>