Santwarju ġdid għall-qtates, immexxi mill-Carers of Stray and Abandoned Felines (CSAF), ġie inawgurat f’Bormla mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.
Bħalissa dan is-Santwarju jilqa’ fih aktar minn 250 qattus abbandunat jew marid.
Roderick Galdes qal li kie ġie appuntat Segretarju Parlamentari, kien avviċinat mill-organizzazzjoni CSAF li kellha bżonn sit ġdid biex tmur ifh minħabba li ma setgħetx tibqa’ fejn kienet. Qal li f’dawn ix-xhur, ra progress kbir u qtates li kienu fi stat ħażin illum ħadu s-saħħa grazzi għad-dedikazzjoni tal-voluntiera.
Galdes qal ukoll li ara li ngħatat l-art, saru xogħlijiet bi spiża ta’ madwar €20,000, fosthom tindif, xogħol ta’ fencing u ħadid, u bżonnijiet oħra.
Roderick Galdes qal ukoll li permezz tal-Kummissarju tal-Annimali, se jibdew kampanji ta’ edukazzjoni fl-iskejjel biex titqajjem aktar kuxjenza dwar it-trobbija tal-annimali domestiċi. Fost l-oħrajn se jiġu stampati numru ta’ kotba li se jingħataw b’xejn fl-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex.
//= $special ?>