Internazzjonali

Tikber il-kundanna għar-ripressjoni tal-media fl-Azerbaijan

Kien hemm kundanna kbira għad-deċiżjoni tal-qrati f’Baku, il-belt kapitali tal-Azerbaijan, li l-ġurnalista Khadija Ismayilova tibqa’ tinżamm arrestata sal-24 ta’ Mejju.
Din il-piena ilha tkun estiża minn Diċembru minħabba l-kritika li Ismayilova kienet qed tikkritika lill-President tal-Azerbaijan Ilham Aliyev u l-korruzzjoni fil-Gvern tiegħu. Ismayilova hi ġurnalista ma’ Radio Free Europe, l-istazzjon tar-radju Amerikan li hu b’saħħtu sew fl-Ewropa tal-Lvant.
Fi stqarrija li Reporters Without Borders ħarġu għal Jum il-Mara l-Ħadd li ġej, isem Ismayilova kien wieħed mill-għaxar ismijiet ta’ ġurnalisti nisa madwar id-dinja li bħalissa jinsabu l-ħabs minħabba xogħolhom.