Sport Sport Ieħor

Tirrevoka l-liċenzja ta’ Astana

L-Unjoni Internazzjonali taċ-ċikliżmu talbet sabiex it-tim ta’ Vincenzo Nibali, rebbieħ tat-Tour de France, Astana, jkollu l-liċenzja revokata.

Dan seħħ wara nvestigazzjoni indipendenti li issa tpoġġi l-futur ta’ Nibali fid-dubju.

L-investigazzjoni kienet ordnata mil-UCI wara numru ta’ rregolaritajiet tad-doping mit-tim ta’ Astana.

Il-UCI qalet li r-realtà tal-politika tat-tim u l-istrutturi jvarjaw minn dak li Astana kienu qalu lill-Kummissjoni tal-Liċenzji f’Diċembru.

Il-liċenzja tal-World Tour tiggarantixxi parteċipazzjoni diretta fl-akbar tiġrijiet fid-dinja li jinkludu l-Grand Tours ta’ tliet ġimgħat bħalma huma t-Tour de France u l-Giro d’Italia u t-tiġrijiet klassiċi tal-ġurnata, l-Parisi-Roubais u l-Milan-San Remo.

M’hemm l-ebda ndikazzjoni li Nibali ħa sustanzi projbiti imma dan l-aħħar, ħames ċiklisti ta’ Astanam, li kollha ġejjin minn fejn oriġina t-tim, il-Kazakhstan, instabu pożittivi għal sustanzi projbiti.