Tliet verzjonijiet minn Muscat dwar l-użu tal-Café Premier fil-Belt Valletta. Il-Memorandum lill-Kabinett biex jiġġustifika l-ħrug ta’ €4.2 miljun ewro biex jieħu lura l-Café Premier, il-Prim Ministru Joseph Muscat semma li l-post għandu jiġi kummerċjalizzat.
Jumejn ilu Muscat qal eżatt bil-kontra, li l-propjeta’ taħt il-Biblijoteka Nazzjonali m’għandix tiġi kummerċjalizzata u llum, jerga’ jdawwar il-verżjoni u jgħid li l-kummerċjalizzazzjoni hi għażla waħda.
Dwar l-inkonsistenzi fin-numru ta’ drabi li ltaqa’ ma Camilleri, il-Prim Ministru wieġeb li allahares jieħu nota ta’ ma’ min jiltaqa f’tiġijiet.
Aktar dwar il-Cafe’ Premier – l-iskandlu li qed jibqa’ jiddomina l-ġurnali, fejn illum THE MALTA INDEPENDENT ippubblika l-kummenti li ta Neville Curmi, is-sid l-ieħor tal- kirja ta’ Café Premier.
Curmi qal li r-rapport tal-Awditur Ġenerali huwa qrib ħafna dak li verament seħħ. “Dak li nkiteb mill-Awditur hu qrib il-verita’”, sostna Neville Curmi.
Dan jikkuntrasta ferm ma’ dak li qal Mario Camilleri, is-sid l-ieħor li kien iltaqa’ tliet darbiet ma’ Joseph Muscat qabel l-elezzjoni. Camilleri kien kritiku ferm għar-rapport tal-Awditur Ġenerali.
Dan kollu jiżdied mal-għaxar gidbiet li qal il-PM Joseph Muscat biex jipprova joħroġ minn dan il-bejgħ skandaluż. Gideb li kien elenkat mill-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami waqt konferenza tal-aħbarijiet.
//= $special ?>