Żewġ irġiel li kienu qed isuqu żewġ trakkijiet li jirmunkaw il-kontejners fil-Freeport sofrew minn ġrieħi ħfief wara inċident li seħħ fil-Freeport f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-4.45 ta’ filgħodu meta għal xi raġuni ż-żewġ sewwieqa tilfu l-kontroll tal-vetturi tagħhom bil-konsegwenza li kellhom impatt.
MaltaRightNow.com tinsab infurmata li wieħed mill-irġiel għal xi ftit mumenti intilef minn sensieh b’konsegwenza tal-inċident.
Fuq il-post waslet ukoll ambulanza mill-isptar Mater Dei. Ġew infurmati wkoll il-Pulizija li marru fuq il-post.
//= $special ?>