Ikompli l-gideb ta’ Joseph Muscat dwar l-iskandlu tal-Cafe’ Premier.
Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti Muscat saħaq li hu ma nvolva ruħu fl-ebda stadju f’dan il-każ u li r-rapport tal-Awditur Ġenerali imkien ma qal li Muscat kien involut fin-negozjati.
Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet ta’ Joseph Muscat u jikkwota numru ta’ drabi fejn Muscat kien involut b’mod dirett fil-proċess li wassal biex il-Gvern jixtri l-Cafe’ Premier għal €4.2 miljun.
Ara l-filmat t’hawn fuq
//= $special ?>