Lokali

Filmat: Kollox lest għall-Kunsill Ġenerali tal-PN: “Nagħmlu d-Differenza”

Minkejja li l-Partit Nazzjonalista jinsab fl-Oppożizzjoni, fl-aħħar xhur għamel id-differenza. Dan filfatt hu l-messaġġ tal-Kunsill Ġenerali li se jsir il-Ħadd 8 ta’ Marzu.

Ġurnata qabel il-Kunsill Ġenerali li se jimmarka l-bidu tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, MaltaRightNow tkellem mal-President tal-Kunsill Ġenerali Paula Mifsud Bonnici (filmat).

Il-Kunsill Ġenerali l-Ħadd jibda fid-9.30 ta’ filgħodu. Se jixxandar programm speċjali fuq NET Television, bid-diskors mistenni mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li se jixxandar ‘live’ kemm fuq NET Television kif ukoll fuq Radio 101.