Lokali

Filmat: “Tinsewx x’għamlu l-kaċċaturi” – Shout

Il-kampanja ‘Spring Hunting Out’ f’Konferenza tal-Aħbarijiet niedew filmat bl-isem ‘Tinsewx’. Il-filmat għandu l-għan li jfakkar lill-poplu fir-relata’ tal-kaċċa fir-rebbiegħa f’Malta.

Mark Sultana, kelliem għall-kampanja qal li l-kaċċaturi qed jinħbdew wara maskra bil-kampanja tal-‘Iva’. Qal li dan il-filmat jikxef din il-maskra u juri l-impatt reali u xokkanti tal-kaċċa fir-rebbiegħa fil-kampanja, fuq l-għasafar u b’mod speċjali fuq kull min jazzarda jgawdi l-kampanja matul ir-rebbiegħa.

Shout qalu li l-filmat juri l-impatt ikrah tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq l-għasafar, waqt li juri li wħud mill-iktar inċidenti xokkanti tal-qtil illegali fis-snin riċenti.

Kelliema tal-kampanja Moira Delia qalet, “Ma ninsewx il-Bagħdan rari li sfaw fil-mira matul il-lejl waqt li kienu qed jistrieħu, użaw it-torċijiet biex ikunu jistgħu jisparaw fuqhom. Ma nistgħux ninsew il-fjammingi, iċ-ċikonji u l-kaċċatur bil-balaklava li nqabad jispara fuq l-għasafar fis-santwarju tal-għasafar Foresta 2000.