Lokali

Ħabta f’Regional Road

Maltese Road Traffic Update (MRTU) qed tirraporta li fl-aħħar ħin seħħ inċident f’Regional Road, fid-direzzjoni lejn l-Imsida.

Skont l-MRTU, l-inċident seħħ madwar mitt metru hekk kif wieħed joħroġ mill-mina li hemm fl-inħawi. Aktarx fl-inċident kienu involuti żewġ karozzi – Toyota u karozza tat-tip Ferrari.

Mhux magħrufa kemm kienu involuti persuni f’dan l-inċident, pero’ persuni li raw ix-xena tal-ħabta qed jiddeskrivu l-ħabta bħala waħda ‘kerha’, bil-karozzi possibilment ġarrbu ħsarat estensivi.