Il-fundatur ta’ waħda mill-iktar kumpaniji ta’ suċċess fid-dinja, Mark Zuckerberg, fil-Mobile World Congress f’Barċellona din il-ġimgħa, qasam suġġerimenti ma’ diversi żgħażagħ dwar l-impjieg u żvela hu xi jfittex fil-ħaddiema prospettivi tiegħu.
Skont il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, li ta’ 30 sena għandu patrimonju b’valur ta’ $35 biljun, hu jimpjega biss persuni biex jaħdmu direttament taħtu jekk hu jikkunsidra li jaħdem għalihom. Zuckerberg qal li s’issa dejjem mexa b’din is-sistema u qatt ma fallietlu.
Il-fundatur ta’ Facebook qal li hu t-tim tiegħu jfittxu ħaddiema li l-valuri tagħhom huma bħal dawk tal-kumpanija waqt li saħaq li Facebook mhix kumpanija għal kulħadd.
Il-ħaddiema ta’ Facebook huma relattivament żgħar fin-numru meta mqabbel ma’ kumpaniji oħra importanti fil-qasam tat-teknoloġija. Google għandha 55,000 ħaddiem waqt li Facebook tħaddem 10,000 ħaddiem minkejja li jużawha mal-biljun persuna. Mark Zuckerberg qal li dan hu parti mis-suċċess tal-kumpanija.
Zuckerberg qal li l-iktar ħaġa importanti hu li temmen fik innifsek hekk kif fakkar li hu beda Facebook meta kellu 19-il sena.
Facebook qed tipprova tħeġġeġ l-użu tal-internet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-iżvilupp ta’ Internet.org l-iżvilupp ta’ teknoloġija ta’ realtà-virtwali.
//= $special ?>