Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Il-ġurnal In-Nazzjon ikompli jirrapporta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra tal-PBS u jiżvela li, wara r-rapporti żvelati f’In-Nazzjon, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika skatta l-proċess tal-awditjar fil-PBS.

Il-Ġurnal The Times of Malta fil-faċċata tiegħu jiffoka fuq l-iskandlu tal-Cafe Premier u jgħid li dan il-każ kien wieħed mir-raġunijiet wara r-riżenja ta’ Joe Bugeja mill-kariga ta’ Kummissarju tal-Artijiet lura f’Settembru li għadda. Dan intqal minn Joe Bugeja nnifsu f’intervista mal-istess ġurnal.

Il-ġurnal The Malta Independent jiffoka fuq l-involviment tal-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici biex tinstab il-pittura ta’ Caravaggio li kienet misruqa.

L-Orizzont tħabbar li l-GWU rebħet l-għarfien ewlieni fl-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u tgħid ukoll li kumpaniji li jinstabu ħatja ta’ ksur tal-liġi tax-xogħol se jkollhom minn sitt xhur sa sentejn fil-lista s-sewda u jitilfu kuntratti mal-Gvern.