Lokali

L-UE ma kinitx tagħti deroga kieku l-gamiem u s-summien huma f’periklu

Aġġornata: Kieku l-gamiem u s-summien jinsabu f’periklu ta’ estinsjoni, kieku l-Unjoni Ewropea ma kinitx tagħti deroga lil Malta.

Dan kien wieħed mill-punti li tqajjmu waqt sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba organizzata mill-kampanja ‘Iva, Bħala Maltin u Ewropej’, is-Sibt filgħodu fil-Belt Valletta.

Fost suġġetti oħra diskussa kien hemm id-deroga li ngħatat Malta mill-Unjoni Ewropea, u li skont il-kelliema hija dritt ta’ pajjiżna bħala membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.

Ġie diskuss ukoll il-mod kif il-kampanja ‘Iva’ hija magħmula minn nies li ġejjin minn kull mixja tal-ħajja. Il-kelliema tal-kampanja ‘Iva’ ċaħdu wkoll dikjarazzjonijiet li l-gamiem u s-summien qed jiffaċċjaw possibilta’ li jinqerdu kompletament.