Internazzjonali

Ottimiżmu għal soluzzjoni politika fil-Libja

Hemm ottimizmu f’Rabat fil-Marokk fost id-delegati tal-gruppi avversarji fil-Libja.

Uffiċjali Libjani miż-żewġ naħat – il-Gvern f’Tobruk u t-tmexxija f’Tripli, qalu li jemmenu li ftehim dwar Gvern ta’ għaqda nazzjonali hu possibbli fil-ġranet li ġejjin.

Dan hekk kif fil-Libja l-ISIS bdiet offensiva kontra l-industrja taż-żejt fil-Libja. Il-Ġimgħa 8 għassiesa mal-bir taż-żjet ta’ Al-Ghani nqatlu f’attakk mill-militanti Iżlamiċi.