Minn Roderick Vella
MOSTA……………..1
QORMI………………3
MOSTA: O.Borg, T.Farrugia, R.Grech, G.Roberts, K.Magro, D.Falzon, Y.Ossoko, O.Koli, R.Ekani, Z.Brincat, M.Dawood.
Sost: 55min I.Zammit flok Z.Brincat, 58min U.Fortune flok R.Ekani, 83min K.Pulo flok M.Dawood.
QORMI: M.Farrugia, Marcelinho, A.Effiong, C.Gauci, E.Vella, Z.Levanic, J.Bondin, B.Berntsson, G.Villalobos, L.Grech, A.Nilsson.
Sost: 72min C.Uzeh flok A.Nilsson, 90min D.Pisani flok E.Vella, 92min G.Portelli flok G.Villalobos.
Imwissija: Y.Ossoko, O.Koli, D.Falzon, G.Roberts (M) A.Effiong, E.Vella, Z.Levanaic (Q)
Skurjaw: 2min A.Nilsson (Q), 66min G.Roberts (M), 89min L.Grech , 93min O. Koli (awtogowl) (Q)
Referee: Marco Borg
Il-Mument Plejer tal-logħba: L.Grech
Kien fil-25 t’Ottubru 2014 kontra Tarxien li Qormi kienu rebħu l-aħħar partita tagħhom. Sittax-il partita wara, b’żewġ gowls fl-aħħar minuti tal-logħba, l-Yellows reġgħu rritornaw għar-rebħ.
Il-partita ġiet favurihom mill-bidu, b’gowl wara inqas minn żewġ minuti logħob. Fit-tieni taqsima Mosta wettqu reazzjoni u ġabu d-draw, imma gowls minn Grech u awto-gowl ta’ Koli taw rebħa li tista’ tbiddel l-istaġun tal-Qriema. Kienet ukoll l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija ta’ Mark Miller u li permezz tagħha nqalgħu wkoll mill-aħħar post u telgħu żewġ punti taħt l-istess Mosta li issa m’għadhomx aktar f’zona trankwilla. Għal Mosta kienet it-tielet telfa f’erba’ partiti u issa ilhom sitt parti mingħajr rebħa
Wara biss minuta u għoxrin sekonda Qormi marru fil-vantaġġ. Effiong qassam lejn Alex NILSSON li daħal fil-kaxxa u spara fix-xibka biex ta vantaġġ kmieni lil Qormi.
Galvanizzati mill-gowl, fil-ħdax-il minuta Grech qassam lil Villalobos li minn pożizzjoni favorevoli xxuttja għoli. Fl-ewwel xutt tagħhom lejn il-lasta avversarja Mosta mill-ewwel resqu viċin b’Ryan Grech, li rritorna wara s-sospensjoni, jolqot il-mimduda.
Fl-aħħar minuti qabel il-mistrieħ kompliet il-pressjoni minn Mosta li reġgħu kienu perikolużi b’xutt ta’ Ekani salvat minn Farrugia u mir-rebound Brincat laqat in-naħa ta’ barra tax-xibka.
It-tieni taqsima bdiet b’xutt ta’ Effiong li għadda għoli. Fil-50 minuta Grech qassam lil Villalobos li xxuttja u Borg salva parzjalment, mir-rebound Effiong ixxuttja barra.
Fis-66 minuta il-Blues ġabu l-gowl tad-draw. Mertu ta’ Gary ROBERTS li b’xutt minn tarf il-kaxxa ħalla lil Farrugia iċċassat, bil-ballun jispiċċa fl-anglu tax-xibka.
Mosta ma kienux kuntenti bid-draw u fil-minuti finali baqgħu jinsistu biex isibu l-gowl tat-tliet punti fejn fil-85 minuta s-sostitut Zammit kellu xutt imxellef f’korner.
Imma fid-89 minuta minflok, kienu Qormi li skorjaw gowl li jista’ jbiddel staġun meta Alfred Effiong minn pożizzjoni angulata dar u xxuttja, fejn daħal jiġri Leighton GRECH li faċilment tefa’ fix-xibka fost il-ferħ tal-Qriema. Leighton Grech kien għadu kif ġie ivvuttat bħala l-plejer tal-logħba.
Mosta kkundannati għat-telfa spiċċaw ġarrbu wkoll it-tielet gowl. Reġa’ kien Effiong, din id-darba min-naħa l-oħra, li kkrossja lejn fil-kaxxa u Koli kien sfortunat li għamel awtogowl meta tefa’ fix-xibka tiegħu stess. Telfa li tfisser li anki Mosta issa jridu jissieltu u joqgħodu attenti biex jevitaw ir-relegazzjoni.
//= $special ?>