Ċiklist ta’ 63 sena mill-Belt Valletta jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-7.50a.m. fi Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug, meta waqt li ċ-ċiklist kien qed idur mar-roundabout, intlaqat minn vann pickup tal-għamla Toyota misjuq minn raġel ta’ 77 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post wasal tim mediku li wassal lir-raġel fl-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>