Lokali

FILMAT: “Jekk kien żball tkomplix tħallas il-flus lis-sidien tal-Cafe Premier” – Simon Busuttil

Il-Kap tal-PN bi sfida diretta lill-Prim Ministru Joseph Muscat

Sfida diretta mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Jekk l-iskandlu tal-Cafe Premier kien żball, kif qed jiddikkjara Joseph Muscat, il-Gvern ma għandux jibqa jħallas il-flus li fadallu jħallas lis-sidien tal-Cafe Premier.

“Illum nafu li mill-4.2 miljuni sa issa tħallsu 3 miljuni. Jekk vera dan kien żball, il-Prim Ministru ma għandux ikompli jħallas l-4.2 miljuni. U jien nisfidah lill-PM . Nisfidah ma jkomplix iħallas għax inkella mhuwiex żball. Inkella intenzjonat.” sostna Simon Busuttil.