Id-dj żagħżugħ Joel Caruana beda jiġi nvestigat mill-Pulizija wara li omm ta’ tfajla taħt l-eta’ rrapurtatu li uża ritratt ta’ bintha mingħajr permess fuq poster ta’ party li organizza f’San Ġiljan.
Dan l-istazzjon hu nfurmat li matul din il-ġimgħa Joel intalab imur il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jirrispondi għal xi mistoqsijiet.
Lil dan l-istazzjon, l-omm kienet qalet hekk: “Binti, u tfajliet oħra taħt l-età li d-DJ Joel Caruana poġġa fuq posters biex jirriklama l-parties tiegħu qatt ma tawh permess jagħmel dan.”
Spjegat kif anke’ li kieku Joel talab permess lit-tfajla stess, xi ħaġa li hi qed tiċħad, xorta waħda ried jitlob permess tal-ġenituri minħabba li hi taħt l-eta’.
L-omm qaltilna li rrappurtatu lill-Pulizija mis-sezzjoni tas-Cyber Crime Unit, li rreferewha għand il-Kummissarju tat-Tfal, u se tagħmel rapport ukoll lill-Uffiċċjali tal-Protezzjoni tad-Data.
Minbarra dan il-każ, kontra Joel Caruana hemm l-akkużi ta’ tfajla taħt l-eta’ li qed tallega li talabha tidħol miegħu fl-uffiċċju tiegħu u saqsiha kemm trid flus biex ikollu x’jaqsam magħha. Imma meta rreżistiet, Joel insista u pprova jneżżahha, għalkemm hi tatu daqqa ta’ ħarta biex waqqfitu mill-avvanzi tiegħu.
DJ ieħor f’kumment li tefa’ fuq Facebook staqsa għaliex DJ Joel neħħa xi kummenti li kiteb u qal hekk: “Jaqaw xi ħadd minn fost sħabi għandu bżonn isir jaf xi ħaġa dwarek? Forsi li ddrugajtlu lil oħtu biex tieħu vantaġġ minnha?”
//= $special ?>