Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 8 ta’ Marzu.
Il-gazzetta Il-Mument ikompli jirrapporta dwar l-iskandlu tal-Cafe Premier u jgħid li l-Gvern ma kellux flus fil-Baġit biex jikkonkludi l-akkwist. Fil-faċċata rapport ukoll dwar il-Kunsill Ġenerali tal-PN li mistenni jsir illum il-Ħadd.
Il-gazzetta It-Torċa tiffoka fuq id-direttiva tal-GWU ta’ work-to-rule u go-slow fil-Port Ħieles u tgħid li mhux eskluż il-waqfien mix-xogħol. F’artiklu ieħor il-gazzetta tgħid li persuna li kienet responsabbli mill-attivitajiet ta’ Mario de Marco ma jiftakarx jekk il-Cafe Premier kienx bagħatlu l-kont ta’ attività li saret hemmhekk.
Il-gazzetta Kullħadd iħabbar li llejla One News se jxandar leak minn waħda mil-laqgħat ta’ struttura interna tal-PN li fiha uffiċjal jinstema’ jitkellem dwar kif il-PN se jaħdem għall-elezzjonijiet tal-11 ta’ April.
Il-gazzetta Illum għandu tliet aħbarijiet ewlenin – intervista mas-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said li jgħid li l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali huma test elettorali importanti għall-PN. Jesmond Bonello, il-President tal-UĦM jgħid li l-prekarjat kien u għadu hemm. Frank Portelli f’intervista jisħaq li fil-qasam tas-saħħa għadna bla pjan.
Il-gazzetta Malta Today tirrapporta li r-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono kkummissjona kuntratturi privati biex jagħmlu xogħol għall-kostitwenti tiegħu imħallas mill-Ministeru għal Għawdex.
Il-gazzetta The Sunday Times of Malta jiżvela li 80% tal-multi tal-VAT tal-Cafe Premier kienu kkanċellati. Aħbar oħra hija li madwar 4500 siġra tal-palm
//= $special ?>