Lokali

“Il-Kaċċaturi qed jigdbu dwar id-deroga” – SHOUT

Fi tweġiba għall-istqarrija tal-Kampanja IVA, il-Kampanja SHOUT qalet li l-Kampanja tal-kaċċaturi hi waħda ta’ gideb u ngann dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa.

Fi stqarrija, SHOUT ikkwotat mill-Kummissjoni Ewropea stess f’Ottubru tal-2010 meta “talbet lil Malta biex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-qasam tal-kaċċa tal-għasafar. Fl-2009, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li Malta, billi ppermettiet il-kaċċa tal-gamiem u s-summien bejn l-2004 u l-2007, naqset milli timplimenta d-Direttiva dwar l-Għasafar kif suppost.

Għaldaqstant, tkompli l-istqarrija, l-UE ma tatx id-dritt lil Malta tapplika d-deroga kif qed jallegaw il-kaccaturi.

Il-Kampanja SHOUT tfakkar li apparti l-gideb, il-kaċċaturi qed jippruvaw ipinġu lilhom infushom bħala grupp tolleranti, li jħobbu l-kampanja u ma joqtlux l-għasafar meta ir-realta’ hi bil-kontra, jiġifieri li huma intolleranti, jirrikorru għall-vandaliżmu meta jiġu kritikati u joqtlu l-għasafar li jpassu biex ibejtu.