Internazzjonali

Il-qawwiet Iraqqin javvanzaw fuq l-ISIS f’Tikrit

Il-qawwiet tal-Gvern Iraqi, appoġġjati mill-gruppi tal-milizzji li qed jingħataw l-għajnuna mill-Iraq, komplew jiġġieldu biex jieħdu lura l-belt strateġika ta’ Tikrit minn idejn it-terroristi tal-ISIS.

Madankollu l-progress ma kienx dak mixtieq u li l-ISIS kienu qed jirreżistu l-avvanzi tal-qawwiet Iraqqin. Il-battalja għal Tikrit hi kruċjali għall-istess qawwiet Iraqqin biex javvanzaw lejn l-artijiet tat-Tramuntana u jippruvaw jirbħu lura Mosul, li hi l-akbar belt Iraqqija kontrollata mill-ISIS.

S’issa, il-militar Iraqi rnexxielu jeħles zona ftit ‘il barra minn Tikrit li sa ftit ilu kienet okkupata mill-ISIS.