Minkejja li min jum għal jum qed ikomplu joħorġu aktar dettalji dwar l-iskandlu tal-Cafe’ Premier, il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jiddedika tliet minuti biss minn diskors ta’ aktar minn tlett kwarti biex jitkellem dwar dan l-iskandlu li xxokkja lil pajjiż.
Waqt l-attivita’ politika tal-Ħadd filgħodu, Joseph Muscat iddeċieda li fl-ebda ħin ma jitkellem dwar ir-responsabbilta’ li ħafna qed jistennewh li jerfa’ b’rabta mal-involviment dirett tiegħu.
Minflok, Joseph Muscat tkellem dwar il-passat u infexx f’attakk fuq il-Gvern preċedenti u qal li f’episodji li ġraw snin ilu, dawk responsabbli għandhom jergħu ir-responsabbilta’.
Ma żied imkien jispjega dwar jekk hux hu stess se jerfa’ responsabbilta’ dwar l-iskandlu tal-Cafe’ Permier hekk kif f’dan l-iskandlu, Joseph Muscat kien personalment u direttament involut hu; u anke’ uża l-email personali tiegħu.
Fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil saħaq li Joseph Muscat għandu jerfa’ r-responsabbilta u mhux sempliċiment jgħid li r-responsabbilta’ refagħha meta ħalla lill-Awditur Ġenerali jinvestiga.
Iżda anke’ mistoqsi minn dan il-ġurnal is-Sibt jekk Muscat iħossux li qed jidħaq bin-nies, li jgħid li hu refa’ r-responsabbilta’ għax ta lill-Awditur Ġenerali d-diskrezzjoni kollha biex jinvestiga, Muscat sempliċiment wieġeb: “jien ma nidħaqx bin-nies.”
//= $special ?>