Internazzjonali

L-għajbien ta’ Titjira MH370 jagħlaq sena

Il-Malasja fakkret l-ewwel anniversarju mill-għajbien tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines, b’rapport li kien ippubblikat għal din l-okkażjoni ta’ swied il-qalb ma jipprovdi l-ebda indikazzjonijiet ġodda dwar x’seħħ mit-Titjira MH370.

L-ajruplan inkwistjoni kien qed iġorr 239 persuna waqt vjaġġ minn Kuala Lumpur lejn Beijing meta sparixxa minn fuq ir-radar u ma deher qatt aktar. Intant, l-awtoritajiet Malasjani, flimkien mal-Awstralja, għadhom impenjati bis-sħiħ biex isibu l-lokalità tal-ajruplan, bit-tfittxija qed tkompi.

Fl-istess ħin, il-qraba tal-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ mitlufa, fi tmiem il-ġimgħa, ħadu sehem f’diversi ċerimonji solenni biex ifakkru lill-għeżież tagħhom.