Il-Kampanja IVA bħala Maltin u Ewropej tgħid li l-pubbliku qed jifhem l-isforzi ta’ Malta, bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, biex jinstab bilanċ adekwat dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Fi stqarrija, il-kampanja IVA qalet li f’Ottubru tal-2013, Malta adattat il-liġijiet tagħha biex ikunu konformi mal-leġislazzjoni tal-UE u l-istess Kummissjoni Ewropea ikkonfermat li l-kaċċa fir-Rebbiegħa hi permissibbli.
Il-kampanja IVA qalet li l-Kampanja tal-LE diġa’ tilfet it-triq tar-raġuni u l-esponenti tal-kampanja tal-LE qed jaqbdu ma’ suġġetti li m’għandhom assolutament xejn x’jaqsmu mat-tema tar-referendum li nstigaw huma stess.
L-Istqarrija tkompli li l-pubbliku għadu qed jistenna lill-kamp tal-LE jispjega b’mod sensibbli x’rabta hemm bejn ir-referendum u temi oħra bħad-drittijiet ta’ persuni li għandhom propjeta’ privata jew l-illeġalitajiet li jistgħu jiħru fil-kampanja Maltija.
//= $special ?>