Qorti

15-il sena ħabs fuq 9,500 pillola ecstacy b’valur li jlaħħaq il-€134,652

Alfred Camilleri ta’ 63 sena mill-Belt Valetta ġie ikkundannat 15-il sena ħabs u mmultat €25,000 wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu 9,500 pillola ecstasy tat-tip MDMA bl-iskop ta’ traffikar. Il-valur tagħhom ilaħħaq is-somma l-€134,652. Huwa ammetta minflok għadda ġuri l-akkużi miġjubin kontih fosthom li ġabar pakkett ta’ 9,500 pillola MDMA minn uffiċju ta’ kumpanija fil-Belt Valletta, liema pilloli kienu destinati għal traffikar bil-valur kumplesiv tagħhom ivarjaw bejn €57,708 u €134,652.

Camilleri, residenti Marsalforn, Għawdex u magħruf bħala “Iż-Żundajru” kien imdaħħal fil-każ ta’ 9,500 pillola ecstacy kienu waslu mill-Ingilterra u li allegatament kienu mibgħuta minn ċertu Marcelle Agius, li wkoll huwa residenti Għawdex u mistenni jgħaddi ġuri fix-xhur li ġejjin. L-ecstacy kien moħbija f’mera li kienet importata f’Malta, bil-Pulizija Maltija 2006 jikkordinaw pjan biex jaqbdu din id-droga.

Il-każ immur lura għas-6 ta’ Settembru 2006 meta uffiċjali mid-dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħallew pakett bl-imsemmija droga jgħaddi wara li wasal mill-Inġilterra bl-iskop li jaraw id-direzzjoni tiegħu. Dik in-nhar stess żewġ persuni, fosthom l-imputat, ġabru il-pakkett minn uffiċċju fil-Belt Valletta u ħaduh għand omm Camilleri fejn ġew arrestati.

Camilleri ammetta li ftit ġimgħat qabel iddeċida li jibda jitraffika id-droga MDMA u wara ftiehem ma’ persuni oħra biex jitraffika u jimporta d-droga. Maż-Żundajru, kien tressaq ukoll Mario Abdilla, wkoll mill-Belt u li bħal Camilleri u Agius kien involut fin-negozzju ġewwa Soho, l-Ingilterra. Il-pulizija kienet ingħatat informazzjoni dwar traffikar ta’ droga minn dan Mario Abdilla, li llum għandu 62 sena u li kien ammetta l-involviment tiegħu fil-każ u mar 15-il sena ħabs ukoll.

Jirrizulta li bl-intervent tal-Maġistrat, kienet saret “controlled delivery” ta’ kaxxa li waslet f’Malta bl-ajru b’titjira minn Londra. Il-kaxxa nfetħet mill-pulizija u fiha kien hemm mera u fuq wara nstabu ammonti ta’ pilloli li li kienu ecstasy.

Fuq ordni tal-Maġistrat inkwerenti, l-pilloli tneħħew u kollox tqiegħed fl-istat li kien qabel infetħet il-kaxxa. Minn hemm ‘il quddiem il-pulizija kienet qegħda tosserva l-movimenti tal-kaxxa, li jirriżulta li fis-7 ta’ Settembru 2006 ittieħdet minn Mario Abdilla u Alfred Camilleri mill-ufficcju ta’ Thomas Smith Group, Triq San Kristoferu, l-Belt għal dar fl-istess triq li fil-kors tal-investigazzjoni rriżulta li fiha kienet tgħix omm Camilleri.

Camilleri li kien tressaq il-Qorti fid-9 ta’ Settembru tal-2006, għamel żmien jisħaq li l-istqarrija li ta lill-Pulizija ma għandha tiġi utilizzata bl-ebda mod fil-proċess kriminali, għaliex huwa ma kienx assistit minn avukat tal-fiduċja tiegħu meta kien qed jiġi mistoqsi mill-Uffiċjal Prosekutur.

Camilleri, li bħat-tnejn l-oħra għamel żmien twil jgħix Londra u jmexxi negozju ta’ “sex clubs” ġewwa Soho. Għall-ewwel Camilleri ma kienx se jammetti l-involviment tiegħu fil-każ u kien anke se jiftaħ kawża Kostituzzjonali biex il-ġuri ma jsirx minħabba xi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, imma t-Tnejn filgħodu wara ddeċieda li jammetti. L-Avukat Veronique Dalli deheret għal Camilleri. Dak iż-żmien Spettur, illum Assistent Kummissarju Norbert Ciappara kien investiga l-każ.