Anzjan ta’ 64 sena minn Tas-Sliema sofra feriti gravi wara li ċeda saqaf li kien fuqu f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-10.30am, f’residenza fi Triq Sant Anġlu fejn ċeda s-saqaf li kien fuqu l-anzjan.
Fil-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu biex ir-raġel inħareġ minn qalb it-terrapien. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>