Il-pulizija fi Franza arrestat erba’ persuni b’konnessjoni mal-attakki ta’ Jannar mill-militanti Iżlamiċi fuq il-ġurnal satiriku ‘Charlie Hebdo’ u s-supermarket tal-Lhud f’Pariġi, u li fihom kienu nqatlu 17 il-persuna.
Ir-rapporti qalu li pulizija mara (fil-preżent sospiża) u tliet persuni oħra setgħu kellhom konnessjoni ma’ Amedy Coulibaly, it-terrorista li nqatel mill-pulizija waqt l-assedju fuq is-supermarket inkwistjoni.
Wieħed mis-suspettati, li jismu Amar, ilu miżmum taħt arrest minn Jannar dwar akkużi relatati mad-droga. Intant, l-investigaturi użaw id-data mit-telefon ċellulari ta’ Amar biex ‘jindikawh’ bħala mhux wisq ‘il bogħod mis-supermarket fil-ħin meta seħħ l-attakk. Mhux eskluż li Amar, li jingħad li kien qrib ta’ Coulibaly, seta’ kien ‘qed isegwi l-mira inkwistjoni’.
Sadanittant, l-erba’ suspettati jinsabu taħt investigazzjoni formali.
//= $special ?>